Kalkara Clothing Pick or Drop Centre

Info

WHAT will be done

Description:

Kalkara Clothing
Pick or Drop Centre
Dan huwa proġett pilota li se jitħaddem sabiex il-Kalkara tipparteċipa fil ġimgħa ewropea għat-tnaqqis fl-iskart (European Week of Waste
Reduction) li t-tema prinċipali tagħha din is-sena hija ċ-ċirkulazzjoni u s sostenibilita’ ta’ skart magħmul mid-drapp (Circular & Sustainable
Textiles). Il-ġimgħa ewropea għat-tnaqqis fl-iskart din is-sena ser tkun
qed titella’ bejn id-19 u s-27 ta’ Settembru.
Kif ser jitħaddem dan il-proġett pilota?
Mill-Erbgħa 9 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 18 ta’ Novembru, għal 10 t’ijiem
sħaħ, ser ikunu qed jinġabru ħwejjeġ, li għadhom f’kundizzjoni tajba iżda
li m’għadhomx ta’ użu għal min kien qed jilbishom. Dawn il-ħwejjeġ il probabilta’ li jkunu tajbin għal ħaddieħor.
Dawn il-ħwejjeġ se jinġabru billi resident Kalkariżi (u anke persuni li
m’humiex mill-Kalkara) jmur bihom fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Kalkara
li jinsab 1 u 2 Binja tas-Salvatur, Triq Luigi Pisani, Kalkara.
Residenti fil-Kalkara li jixtiequ jikkontribwixxu xi ħwejjeġ iżda f’dawn l-10
t’ijiem imsemmiha hawn fuq ma jistgħux imorru l-Kunsill Lokali,
rappreżentant tal-Kunsill Lokali jista’ jiġi jiġborhom mir-residenza
mifthema fil-Kalkara stess. Din tapplika b’mod partikolari sabiex l-anzjani
li ma jistgħux jiġu bi ħwejjeġ il-Kunsill Lokali, xorta waħda ikunu jistgħu
jikkontribwixxu.
Ser jinġabru kull tip ta’ ħwejjeġ, ta’ kull staġun li għadhom fi stat tajjeb
iżda ma għadhomx jintużaw għal bosta raġunijiet. Mhux se jinġabru
ħwejjeġ ta’ taħt u ħwejjeġ ta’ identita’ jew sinifikat personali.
X’inhu l-għan ta’ din l-inizjattiva?
Wieħed mill-għanijiet prinċipali li l-Kunsill Lokali tal-Kalkara jixtieq jilħaq
hu li mill-mentalita’ tagħna nnaqqsu l-ħela u li flok narmu, nibdew naħsbu
li nerġgħu nużaw dak il-materjal. Il-ħsieb prinċipali jrid ikun: Dak li forsi
m’għadux tajjeb għalija jista’ jkun tajjeb għal ħaddieħor.
Permezz ta’ din l-inizjattiva, inkunu qed nilħqu aspett komunitarju ieħor,
dak li naqsmu ma’ ħaddieħor u naħsbu f’xulxin.
B’din l-inizjattiva nkunu qed nilħqu żewġ faxex ta’ nies għaliex hija
mmirata lejn:
1) Persuni li ma jkunux jafu x’se jaqbdu jagħmlu bi ħwejjeġ li
m’għadhomx jiġuhom u flok jarmuhom, jistgħu jagħmlu użu minnhom
nies oħra.
2) Hija mmirata ukoll għal persuni forsi bi problemi soċjali u/jew
finanzjarji li permezz ta’ din l-inizjattiva jistgħu jilbsu u jakkwistaw ħwejjeġ
assolutament b’xejn.
Huwa proġett pilota f’raħal li jlaħħaq it-3,000 persuna li mhux se jiġenera
aktar skart wara dawn il-jiem tal-inizjattiva. Nemnu li l-ħwejjeġ ma jmutu
qatt u jistgħu jibqgħu jgħaddu minn persuna għal oħra.
Nixtiequ li fost l-għanijiet ta’ din l-inizjattiva, insibu mezz kif minn proġett
pilota jiġi proġett li jitħaddem matul is-sena kollha.
X’se jiġri wara li jinġabru l-ħwejjeġ flok intremew?
Wara l-10 t’ijiem indikati aktar ‘l fuq, umbgħad bejn is-Sibt 19 ta’
Novembru u l-Ħadd 27 ta’ Novembru (iż-żewġ dati msemmiha hawn,
inklużi) waqt il-ġimgħa ewropea għat-tnaqqis tal-iskart (European week
of waste reduction), kulħadd, mhux persuni residenti l-Kalkara biss, iżda
kulħadd, jista jiġi fil-post indikat mill-Kunsill Lokali aktar ‘il quddiem (Avviż
ieħor dwar dan jinħareġ aktar ‘l quddiem) u jieħu ħwejjeġ li jiġuh u
jogħġbuh assolutament b’xejn.
Din mhux inizjattiva ta’ tpartit jew ta’ roħs fil-prezz (bargain). Il-ħwejjeġ
jistgħu jittieħdu assolutament b’xejn (Pick for Free). Mhux ser ikun hemm
limitu ta’ kemm il-item tieħu. Dak li jogħġbok u jiġik tista’ tieħdu b’xejn

Location

WHERE it will take place

Country:

Malta

Address:

Kalkara
Triq Luigi Pisani
1, Binja tas-Salvatur
KKR 1330

Action Developer

WHO will run the show

Entity:

Kalkara Local Council
# Administration/Public Authority

How can you get in contact:

• WHEN

will it happen?

Dates of the proposed action:

19/11/22, 20/11/22, 21/11/22, 22/11/22, 23/11/22, 24/11/22, 25/11/22, 26/11/22, 27/11/22

• WHY

join hands and minds to prevent waste?

Check out other actions that will cover these themes:

Reuse and preparing for reuseThematic Focus: Circular and Sustainable Textiles

Help the world,
share this action!

Related actions