Princess Dematerial and Princess Isation

Info

WHAT will be done

Description:

I have written an original short story specifically on the themes of EWWR and this will be published in November on the popular children and youth magazine “Saghtar”. The story is about twin princess who become queens
. Their names are Princess Dematerjali and Princess Zzazzjoni and when together their name is dematerialization. This is exactly what they do in their country, reducing waste, recycling, avoiding buying things that can be shared or borrowed, etc. This makes their country and people much better place to live in. Added to story is original illustration by self and my 12 year old son Sasha.
This age appropriate initiative on magazine will raise awareness amongst thousands of young readers, their parents, family members, teachers and all who read the story.

Story in Maltese is as follows:

Sagħtar Novembru 2015
L-istorja tkompli……
Kitba : Dunstan Hamilton
Disinn: Sasha Hamilton u Dunstan Hamilton
It-tewmin: Prinċipessa Dematerjali u Prinċepessa Zzazzjoni !!!!!!

Tfal, tafuha l-istorja tas-Sbejħa Belle u l-Bestja? Il-Bestja fil-fatt kien prinċep imma saħħara kienet bidlitu f’Bestja ikraħ talli kien Prinċep kattiv. Kellu jsib min iħobbu qabel waħda warda ħamra maġika titbiel u tmut…. u kien propju is-Sbejħa Belle li saret tħobbu, ikraħ kif kien , bħala Bestja.

B’hekk, il-maġija spiċċat fix-xejn u il-bestja reġa sar prinċep sabiħ. U l-istorja hekk tispiċċa , bis-sbejħa Belle tiżewweġ lil prinċep u jgħixu flimkien fil-palazz, jaqraw ktieb wara ieħor mill-librerija tal-Palazz mimlija daqs bajda b’kotba dwar mitt elf ħaġa!

Imma le, l-istorja tkompli, għax Belle u l-Prinċep kellhom tewmin, bniet. Fil-magħmudija reqgħet tfaċċat is-saħħara u qalet lil kulħadd li ż-zewġt bniet kellhom jisemmew Prinċipessa Dematerjali u Prinċepessa Zzazzjoni !!!

Dawn l-ismijiet strambi ma tantx daqqew għal widnejn il-ġenituri imma ma ssugrawx imeru lis-saħħara, ma jmurx tirrabja u tagħmel xi maġija oħra….. u jsiru xi żringijiet!

Ħamsin sena wara , dawn it-tewmin b’ismijiet li l-anqas jekk trid tista’ tgħidhom bla ma jeħillek ilsienek, saru iż-żewġt Reġini tal-pajjiż. Stramba l-biċċa għax issoltu Re u Reġina jkun hemm, mhux żewġt reġini!

Hekk kif saru Reġini tewmin bdew ibiddlu ħafna affarijiet, Raw li fil-palazz kien hemm ħafna ħobż żejjed li ta’ kuljum kien jintrema , u iddeċidew li jagħamlu….Pudina kbira kuljum u jagħtuha lil min ma kellux jiekol.

Bdew jaraw kif ma jsirx aktar ħela fil-kastell u fil-pajjiż, la fl-ikel, fl-ilma jew fl-enerġija. Ħarġu liġi biex fid-djar kollha jitħaffru bjar fil-btieħi ħalli jinżamm l-ilma tax-xita biex dan imbagħad jintuża għal ħasil tal-ħwejjeġ, hasil ta’ l-art u biex isaqqu. Djar kbar kellhom jinqasmu fi tnejn u n-nies qalulhom biex iwasslu lil xulxin ix-xogħol jekk jużaw karozzi minflok li kulħadd imur waħdu b’tiegħu.

Liġi oħra kienet li l-vdalijiet kollha ta’ l-ikel irid isir kompost u li dak kollox li kien ser jintrema kellu minflok jitieħed f’post apposta biex min irid imur jara x’hemm , u kulħadd jista’ jieħu li jrid biex jerġa jużah minflok jixtri l-ġdid. Iż-żippijiet tal-qlieżet qodma kienu jergħu jintużaw , il-buttuni tal-qomos ukoll u anki l-plakkek ta’ fannijiet antiki kienu jergħu jintużaw, per eżempju.

Kemm iffrankaw flus f’xiri żejjed in-nies tal-pajjiż. It-tewmin kienu ġabu dan il-progress ambjentali bil-liġijiet tagħhom, u mhux ta’ b’xejn, għax jekk tagħqad iż-żewġt ismijiet strambi tal-prinċipessi flimkien , Dematerjali u Zzazzjoni dawn jagħmlu l-kelma Dematerjalizzazzjoni, li tfisser li wieħed inaqqas mill-ħela billi juża u jerġa juża kull ħaġa u billi wieħed jislef u isellef aktar biex jitnaqqas il-ħela.

Is-saħħara kienet tathom d-doni ta’ l-għaqal lit-tewmin, u dan kien l-iskop ta’ dawk l-ismijiet strambi !

U int? F’ħajtek x’tista’ tagħmel biex tkun bħat-tewmin?

Anki jekk int u ħuk taqsmu pakett kuluri minflok tixtru wieħed kull wieħed, tkunu qed tagħmlu ħaġa għaqlija u tnaqqsu mix-xiri u spejjes żejda. Tkunu qed tnaqqsu l-ħela!

U jaħasra, jekk ikollkhom xi ħobż żejjed, mhux aħjar tagħmlu pudina….. u offrulna biċċa, għax qabadna l-ġuħ!

Kitba : Dunstan Hamilton
Disinn: Sasha Hamilton u Dunstan Hamilton

Location

WHERE it will take place

Country:

Malta

Address:

Maltese Islands
Zurrieq Road
Zeppoli
MQB1851

Action Developer

WHO will run the show

Entity:

Dunstan Hamilton
# Citizen(s)

How can you get in contact:

n/a
Author and illustrator

• WHEN

will it happen?

Dates of the proposed action:

21/11/2015, 22/11/2015, 23/11/2015, 24/11/2015, 25/11/2015, 26/11/2015, 27/11/2015, 28/11/2015, 29/11/2015

• WHY

join hands and minds to prevent waste?

Help the world,
share this action!

Related actions