Hands on 3rs

Info

WHAT will be done

Description:

Jisimni Franco Ciangura, miżżewweg lil Therry u għandna żewgt itfal, Matteo ta’ 22 sena u Marco li għandu 24 sena.
Ftit xhur qabel li bdiet il-pandemija Covid 19 bħala familja bdejna naħdmu biex nirranġaw id-dar fejn kienet toqgħod in-nanna tiegħi, Pawla.
Id-dar kellha bżonn ħafna xogħol, u għalhekk iddeċidejna li nagħmlu pjan ta’ x’ nistgħu nagħmlu minnu aħna stess u fejn hemm bżonn inqabbdu xi kuntratturi għal ċertu xogħlijiet .

Bdejna inqassmu x-xoghol u iddeċidejna wkoll li nagħtu priorità lill-aktar ħaġa li għandi għal qalbi, jiġifieri il-kunċett ta’ 3 Rs: Reduce, Reuse, Recycle b’injam, madum, ġebel u dak kollu li nistgħu nużaw .
Il-kunċett ta’ 3 R`s tista’ tgħid li napplikah f’kull proġett li nagħmel, anke fuq proġetti fuq skala nazzjonali bħal Bethlehem f’Għajnsielem, l-isbaħ Siġra tal-Milied fl-Ewropa hekk kif premjata mill-European Best Destinations, żewġ brazzi biex jikkumplimentaw din is-siġra unika, żewġ linef kbar, dejjem magħmulin mill- fliexken.
Fir-rigward tad-dar li qed inressaq din l-applikazzjoni dwarha, nista’ ngħid li kienet sfida kbira iżda interessanti, fejn bi ftit ħsieb u ideat ħloqna atmosfera sempliċi iżda sabiħa u li tilqgħak, kollox minn affarijiet jew materjali riċikati jew li wieħed normalment jarmi jew ma juzax.
Bħala familja ħadna gost naħdmu fuq dan il-proġett, speċjalment fil-perjodu tal-pandemija u partikolarment bl-idea’ ta 3 Rs li ispiratna biex inkunu aktar kreattivi Minħabba is-sitwazzjoni li konna qed ngħixu, iddeċidejna wkoll li nużaw dak kollu li nsibu fl-istess dar u nuzawh bl-aħjar mod possibli.
Fost l-oħrajn, użajna il-ġebel kollu li qlajna biex ftaħna bejn il-kċina u l-kamra tal-ikel biex għalaqna xi twieqi. Barra minn hekk, kissirna il-ġebel li kien baqa’ biex ghamilnieh taħt il-madum tal-bitħa.
Il-madum li qlajna minn kamra waħħalnieh f’ohra, l-injam tat-twieqi użajnieh biex nagħmlu dekorazzjonijiet bih, u ċ-ċaccisi dawwarnihom fi gwarniċi tal-mirja u affarijiet oħra.
Użajna ħafna injam tal-pallets u injam li jiġi bil-ħġieġ ġo fih biex għamilna il-bibien u anke l-kmamar tas soda u għamara għal kmamar tal-banju. Bl-istess materjal għamilna għamara ta’ barra biex żejjinna l-ġnien tad-dar u hekk dan ġie aktar akkoljenti. Fost affarijiet oħra, il-ġnien issa huwa mgħammar b’bankijiet, imwejjed, xatbiet u oġġetti oħra li jagħtu karattru bħal djar tal-għasafar.
Dan il-proġett serva ta’ esperjenza interessanti ħafna, partikolarment meta ħdimna ma’ ħaddiema u kuntratturi fejn kellna sodisfazzjon kbir nispjegawlhom il-kunċett tat-3 Rs u nikkonvinċuhom dwar l-importanza ta’ dan il-metodu. L-akbar sodisfazzjon tagħna kien meta ħaddiema bħal ma kienu il-bennej, l-electrician u l-plumber mhux biss ġew konvinti mill-kunċett, iżda saħansitra bdew jagħtu suġġerimenti huma stess u qalulna li se jibdew japplikaw il-kunċett u jagħtu l-ideat lill-klienti oħra tagħhom.

Meta wasalna għad-dekor tad-dar, ħadna gost u sodisfazzjon kbir noħorgu u nattwaw ideat biex użajna dawk l-oġġetti kollha li sibna biex nagħtu karattru lill-post.
Użajna gazzetti, rivisti qodma u stampi li sibna fil-kxaxen u permezz tat-teknika tad-decoupage ħloqna biċċiet tal-arti li tassew qablu mal-post u ikkumplimentawh. Użajna wkoll il-bizzilla ta’ purtiera mqatta’ li sibna u biċċiet tal-injam biex ħloqna gwarniċi partikolari.
B’għodda tal-kċina atika u oġġetti oħra simili tad-dar li kienet tuża n-nanna tiegħi, ħloqna xkaffa li apparti li tagħti dehera ‘antika’, storika u awtentika lill-post, tiftħilna tieqa fuq il-passat u tfakkarna fiż-żminijiet ferm għal qalbna.
Permezz ta’ kotba qodma li sibna kemm fid-dar u kemm f’postijiet oħra, ħloqna wkoll librerija żgħira u post għall-qari.

Nispera li b’dawn l-erba’ kelmiet irnexxieli nwassal togħma tal-atmosfera li rnexxielna noħolqu fid-dar fejn kollox sar b’materjal riciklat jew li nstab fl-istess post.

Location

WHERE it will take place

Country:

Malta

Address:

Ghajnsielem
Mgarr Road
105

Action Developer

WHO will run the show

Entity:

Ta Ciangura Family
# Citizen(s)

How can you get in contact:

• WHEN

will it happen?

Dates of the proposed action:

19/11/22, 20/11/22, 21/11/22, 22/11/22, 23/11/22, 24/11/22, 25/11/22, 26/11/22, 27/11/22

• WHY

join hands and minds to prevent waste?

Help the world,
share this action!

Related actions